Fid-19 ta’ Marzu 2025, il-Parroċċa tal-iklin ser tiċċelebra għoxrin sena mit-twaqqif tagħha mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-motto li ntgħażlet għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hija: ‘Familja Waħda. Familja Mqaddsa’.
Mill-14 ta’ Lulju 2024 sal-14 ta’ Frar 2025, għandna seba’ xhur biex intellgħu kemm nifilħu siegħat ta’ qadi. Imbagħad nagħmluhom divided by 20 u nispiċċaw b’ħafna pakketti t’għoxrin siegħa ta’ qadi l-wieħed.
Tista ttella 20 siegħa ta’ qadi waħdek jew tgħidilna kemm għaqqadt u aħna ngħaqqduhom mas-siegħat ta’ xi ħadd ieħor. Tista wkoll ittella 20 siegħa ta’ qadi ma’ ħbieb jew membri tal-familja tiegħek. L-importanti hu li:
tagħżel li taqdi mingħajr ma tistenna xejn lura
tagħżel li taqdi b’qalb safja, mhux għall-prosit u l-grazzi
tagħżel li taqdi biex togħġob lil Alla.
Imbagħad f’jum l-anniversarju tal-20 sena parroċċa dawn is-siegħat jiġu mtellgħa kollha flimkien waqt l-offertorju, bħala offerta li togħġob lil Alla. Il-qadi li ser noffru lil Alla f’dawn is-seba’ xhur ser ikun iklassifikat fi tlett taqsimiet:
It-tfal (16 minus) mistiedna li jaqdu fid-dar. Kull tip ta’ servizz fil-familja huwa aċċettat u jogħġob lil Alla. Dan jista jkun mal-aħwa, ġenituri, zijiet, nanniet, membri morda. Jista jkun ukoll qadi lil tfal oħra li jkollhom bżonn xi għajnuna minn żmien għal żmien. Jista jkun ukoll żjara lil xi qraba anzjani jew anzjani oħra f’xi dar residenzjali. Imla l-formola li ssib fuq loop.mt/iklintfal bil-ħinijiet li qdejt, u meta timlieha kollha ġibha lill-Kappillan jew ibgħata email fuq [email protected] u tingħata badge waqt il-quddiesa tal-11.15 am. Imbagħad naraw min ikollu l-aktar badges.
Il-kbar huma mistiedna li jaqdu f’diversi inizjattivi tal-Loop Djakonija Parroċċi. Tista tidħol fil-ħolqa loop.mt/iklin jew timla waħda minn dawn il-formoli li qed titqassam.
– Tista tgħin fir-Refettorju tal-Kċina taʼ Marta f’ Ħal Balzan (5 xiftijiet ta’ 4 siegħat -il wieħed)
– Tista tqassam l-ikel fi djar ta’ persuni fil-bżonn li jkunu riferuti minn professjonisti (10 xiftijiet ta’ sagħtejn -il wieħed)
– Tista tgħin fit-tisjir tal-Kċina ta’ Marta fir-Rabat (10 xiftijiet ta’ sagħtejn -il wieħed). Tingħata kors qasir ta’ food handling.
– Tista tieħu sehem fi żjajjar lil anzjani jew nies weħidhom
– Tista tkun tixtieq li tgħin u ma tkunx taf kif u tkun lest li tiġi għal brain storming session ħalli tara kif tista taqdi
3. Is-Sabiħ hu li hawn ħafna nies li l-ħin kollu jaqdu fill-familja u l-kommunita’. Bħala parti mill-iskema ‘Rajt u Apprezzajt’, tkun ħaġa sabiħa jekk tinnomina persuna jew persuni li tarhom jaqdu bi spirtu sabiħ ta’ servizz mingħajr ma jistennew xejn lura. Fl-aħħar tas-sebgħa xhur, issir ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr tal-qadi li jsir – moħbi jew li jidher – fil-kommunita’ tagħna.
Fr Keith
Kappillan