Fid-19 ta’ Marzu 2025, il-Parroċċa tal-iklin ser tiċċelebra għoxrin sena mit-twaqqif tagħha mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-motto li ntgħażlet għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hija: ‘Familja Waħda. Familja Mqaddsa’. Mill-14 ta’ Lulju 2024 sal-14 ta’ frar 2025, għandna seba’ xhur biex intellgħu kemm nifilħu siegħat ta’ qadi. Imbagħad nagħmluhom divided by 20 u nispiċċaw b’ħafna pakketti t’għoxrin siegħa ta’ qadi l-wieħed.
Intom it-tfal ukoll mistiedna tipparteċipaw billi taqdu u tgħinnu fid-dar. Kull tip ta’ servizz fil-familja huwa aċċettat u jogħġob lil Alla.
Kull tip ta’ servizz fil-familja huwa aċċettat u jogħġob lil Alla. Dan jista jkun mal-aħwa, ġenituri, zijiet, nanniet, membri morda. Jista jkun ukoll qadi lil tfal oħra li jkollhom bżonn xi għajnuna minn żmien għal żmien. Jista jkun ukoll żjara lil xi qraba anzjani jew anzjani oħra f’xi dar residenzjali. Imla l-formola bil-ħinijiet li qdejt, u meta timlieha kollha ġibha lill-Kappillan jew ibgħata email fuq [email protected] u tingħata badge waqt il-quddiesa tal-11.15 am. Imbagħad naraw min ikollu l-aktar badges.
Fr Keith