Ikla tal-Milied – Twassil

Bħas-soltu nhar il-Milied ikun hemm l-Ikla tal-Arċisqof il-Kurja, filwaqt li il-Kċina ta’ Marta tieħu ħsieb li jaslu wkoll ikliet lil dawk li jkunu ghal xi raġuni marbutin id-dar.

Jekk tixtieq tirreferi lil persuni/familji li nhar il-milied ikunu waħedhom jew li ma għandhomx mezzi biex ikollhom ikla dinjituża għal nhar il-milied, *jekk jogħġbok għamel dan billi timla l-formola fuq loop.mt/iklamilied*

Importanti li dawk li tirreferi
– jkunu jafu li se nwasslulhom ikla
– li jkunu se jkunu d-dar nhar il-milied bejn id-9 u nofsinhar
– jkunu jafu li titwasslilhom ikla ta zewg platti u dezerta nhar il-milied.

Jekk se torganizza ikla ghal xi nies u trid li nipprovdulek l-ikel ikkuntattjana fuq [email protected]
Scroll to Top